Description

approċċ lejn l-analiżi tal-unità domestika li fiha din tal-aħħar hija rrappreżentata bħala kombinazzjoni tal-ħin tal-membri tal-familja biex jipproduċu, bil-prodotti tas-suq, il-prodotti jew il-komoditajiet finali li jixtiequ

Additional notes and information

Dan jinjora l-organizzazzjoni u l-istrutturi interni tal-familji u l-unitajiet domestiċi minħabba li, fil-kuntest ta' teorija neoklassika pura, u b'mod simili għat-trattament tad-ditti, it-teorija tassumi xogħol mingħajr ħlas u effiċjenti. Is-suġġett tagħha ma jinkludix biss l-imġiba tas-suq tal-unità domestika (provvista tax-xogħol, domanda għall-prodotti), iżda wkoll tali fenomeni bħaż-żwieġ, il-fertilità, l-edukazzjoni tat-tfal, u l-allokazzjoni tal-ħin.