Description

mara jew tifla mhux akkumpanjata li ħalliet il-pajjiż ta' oriġini tagħha sabiex tfittex protezzjoni internazzjonali

Additional notes and information

Tista' jew tkun applikat b'mod formali għall-istatus ta' rifuġjata iżda għadha ma ġietx rikonoxxuta bħala tali mill-korp nazzjonali tal-ażil applikabbli jew tkun għadha ma applikatx għall-istatus billi tissottometti t-talba tagħha. It-terminu 'applikant għall-ażil' m'huwa definit taħt l-ebda strument internazzjonali legali u huwa soġġett għal definizzjoni mil-liġi nazzjonali. Avolja l-għoti ta' status ta' rifuġjat huwa l-prerogattiva tal-istat, soġġett għal xi eċċezzjonijiet, l-istatus ta' rifuġjat huwa dikjaratorju iktar milli determinattiv: jiġifieri, il-persuni ma jsirux refuġjati minħabba r-rikonoxximent, iżda huma rikonoxxuti għaliex huma refuġjati. Mhux kull mara li tfittex l-ażil tkun rikonoxxuta bħala refuġjata fl-aħħar mill-aħħar, imma kull mara refuġjata hija applikanta għall-ażil inizjalment.