Description

arranġamenti tax-xogħol li jaqgħu barra mid-dominju tar-relazzjoni tax-xogħol standard, mifhuma bħala xogħol li hu full-time u indefinit, kif ukoll bħala parti minn relazzjoni tax-xogħol subordinata iżda bilaterali

Additional notes and information

Din il-kategorija tkopri varjetà kbira, u li qed tkompli tikber, ta' forom ta' xogħol u impjiegi ikkaratterizzati mill-flessibiltà u inqas sigurtà. Dawn il-forom jinkludu xogħol bħal xogħol part-time, xogħol każwali u staġjonali, job sharing, kuntratti definiti, xogħol temporanju ta' aġenzija, xogħol mid-dar, xogħol remot; impjieg indipendenti, u x-xogħol ta' konjuġi jew membri tal-familja li ma jitħallsux f'intrapriżi żgħar immexxija mill-familja. Ċertu forom ta' xogħol atipiku huma neqsin minn regolazzjoni adegwata u għalhekk jimmilitaw kontra s-sigurtà tal-impjieg u l-protezzjoni soċjali. L-istatistiċi tax-xogħol ġeneralment huma dgħajfa biex jidentifikaw u jiddeskrivu forom 'atipiċi' ta' impjieg, ikkaratterizzati mill-fatt li jkunu każwali, part-time, informali, mhux iddikjarati lill-awtoritajiet tat-taxxi, mhux imħallsa, li jsiru ġewwa jew viċin tad-dar, u li ta' spiss huma interkambjati ma' attivitajiet domestiċi. In-nisa għandhom it-tendenza li jkunu f'dawn is-sitwazzjonijiet ta' impjieg 'atipiċi' iktar mill-irġiel, u bħala riżultat ta' dan, ta' spiss huma sottovalutati u mhux deskritti tajjeb daqs l-irġiel. Barra minn hekk, l-istatistiċi tax-xogħol m'humiex dejjem ippreżentati b'mod li huwa neċessarjament bżonnjuż biex jiġu identifikati differenzi jew similaritajiet bejn il-ħaddiema rġiel u nisa. Huwa tajjeb li wieħed iżomm f'moħħu li l-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO) qed tmexxi x-xogħol biex ittejjeb il-katergorizzazzjoni tal-forom atipiċi tax-xogħol fl-istatistiċi tax-xogħol.